Bhal l-iskejjel kollha tal-gvern, barra it-tagħlim li jirċievu t-tfal, l-iskola tal-Ħamrun ĠP toffri servizz ta’ ‘counselling’. Dan qiegħed maħsub sabiex nieħdu ħsieb li t-tfal ikunu ferħanin, li jħossuhom kuntenti bihom infushom u jkollhom relazzjoni tajba ma’ sħabhom u ma’ l-għalliema. Ukoll, il-‘counselling’ jista jgħin lit-tfal u lill-familji tagħhom jaffaċjaw l-isfidi li ġġarreb il-ħajja ta’ llum.
Illum, il familji qedgħin jaffaċjaw sfidi bħal meta jkun hemm inkwiet fid-dar u tikber l-ansjeta, forsi jkun hemm xi mard serju jew saħansitra anki mewt. Sfida li t-tfal qed jiltaqgħu magħha ta’spiss hija dik tal-‘bullying’, tas-separażżjoni tal-ġenituri u l-ħafna kambjamenti li din iġġib magħha u tal-Covid-19. Dawn id-diffikultajiet jistaw jaffetwaw l-imġieba tat-tfal, kemm ihħossuhom tajbin u kapaċi, jista jkunu imdejjqin jew jġorru xi biżgħa jew rabja kbira.
Għalhekk, l-iskola toffri servizz ta’ ‘counselling’, jiġifieri, jkun hemm persuna, il-‘counsellor’, li tara dawk it-tfal fil-bżonn u titkellem magħhom biex tagħti sapport u tgħinhom jarfu u jifhmu lilhom nnfushom u ssibu solluzjonijiet għad-diffikultajiet tagħhom. Jista jkun li l-‘counsellor’ titkellem mal-ġenituri biex flimkien jgħinu lit-tfal.
Il-‘counsellor’ tara lit-tfal waqt l-iskola, għal-‘sessions’ ta’ madwar siegħa xi darbtejn fix-xahar jew iktar skont il-bżonn. It-tfal jiġu rifferuti mis-surmast, teachers jew edukaturi oħra ġewwa l-iskola.
B’hekk, dan huwa serviżż ieħor ta’ għajnuna u sapport għat-tfal. Hekk, inkunu qedgħin insaħħu lit-tfal ħalli jikbru fit-tagħlim u fl-iżvilupp personali kollu tagħhom.